Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkun qed ikompli jsaħħaħ il-flotta tiegħu bix-xiri ta’ vetturi tat-tifi tan-nar għal binjiet high rise, dan sabiex id-dipartiment ikun mgħammar għal sfidi ġodda fl-industrija tal-kostruzzjoni. Se jkun qed jinbeda l-bini tal-istazzjon tat-tifi tan-nar fil-lokalita ta’ Santa venera.Se jkun qed isir l-immodernizzar tal-vetturi tal-Pulizija, investiment fit-teknoloġija tal-informatika, bini ta’ għassa ġdida, titjib fl-infrastruttura tas-sezzjonijiet tal-forensika u tas-cyber crime kif ukoll se tkun qed titkompla l-manutenzjoni tal-għases.
Il-Forzi Armati ta’ Malta se jkomplu jissaħħu permezz ta’ xiri ta’ armamenti u apparat ieħor għall-iSpecial Operations Unit, tiswijiet fuq il-patrol boat P62 u jitkompla l-bini ta’ lanċa ġdida għall-FAM.