L-anzjani li joqgħodu fid-djar tal-anzjani se jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ qrabathom permezz ta’ video calls, il-midja soċjali, telefonati u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.
Dan fid-dawl tal-aħħar żviluppi marbuta mat-tifrix tal-Corona, li wasslu biex kellhom jitwaqqfu temporanjament iż-żjarat kollha fid-djar tal-anzjani u fir-residenzi tal-persuni b’diżabilità.
Fil-fatt fis-swali tar-residenza San Vinċenz de Paul ġie introdott is-servizz ta’ Skype.
Dan filwaqt li ser jibdew isiru numru ta’ sesssjonijiet tal-Università tat-Tielet Età anki fuq ir-radju.