Sabiex tkompli tiġi miġġielda l-kriminalità fuq livell Ewropew, l-Awtoritajiet qed jieħdu għadd ta’ miżuri sabiex tissaħħaħ is-sigurtà fil-pajjiżi Ewropej.
Fost oħrajn ġiet imsaħħa s-sistema ta’ informazzjoni tas-Schengen imsejjħa SIS u li Malta tagħmel parti minna permezz tal-uffiċju tas-SIRENE fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Permezz ta’ dan , il-Pulizija fost oħrajn issa qed tagħmel bosta verifiki minn qabel fuq persuni li se jkunu se jivvjaġġaw fi ħdan il-pajjiżi ewropej u b’ mod partikolari bejn dawk ewropej u oħrajn terzi.
L-Ispettur Mario Cuschieri mill-Uffiċċju tas-SIRENE jgħid kif fl-aħħar ġimgħat twaqqaf il-Passenger Information Unit, taqsima ġdida li xogħolha hu li tistħarreġ listi ta’ persuni mibgħuta mil-Linji tal-Ajru.
“Informazzjoni li tasal lilu mingħand il-linji tal-ajru u janaliżża jekk hemmx bzonn verifiki ulterjuri fuq id-data li tasal”
L-Ispettur Cuschieri jgħid kif dan qed issir sabiex ikun hemm iżjed serħan il-moħħ għaċ-ċittadini Ewropej u anke għat-turisti.
Iżda mhux biss.
Fost miżuri oħra li se jkunu qed jittieħdu sabiex l-kriminali ma’ jagħmlux użu minn dokumenti foloz biex jivvjaġġaw hemm ppjanat sistema ġdida permezz tal-marki tas-swaba’ tal-passiġġiera.
“Bijometrika: fingerprints, il-marki tas-swaba illum huma rikonoxuti bhala għodda essenzjali fl investigazzjonijiet u bhala parti mir-regolamenti l-godda ha jkun hemm l-possibilita anki li jindahlu anke alerts, indahhlu sinjazzjanotijiet abbazi ta informazzjoni ta’ marki ta swaba li jkollna”
L-Uffiċċju tas-Sirene jifforma parti minn din is-sistema Ewropea li fiha tinħażen informazzjoni sensttiva fuq diversi persuni l-aktar imfittxija jew irraportati nieqsa u anke oġġetti bħal karozzi.
“Ukoll nies li qedgħin f’listi internazzjonali biex jiġi rrifjutat lilhom l-ivjaġġar per eżempju…listi maħruġin mill-Unjoni Ewropea jew inkella n-Nazzjonijiet Uniti kontra il-grupp t’Al Qaeda jew inkella per eżempju l-Korea ta Fuq”
Ix-xogħol ta’ dan l-uffiċċju wasal ukoll sabiex pajjiżna solva għadd ta’ każi fuq livell Ewropew.
“Kemm nikkoperaw ma’ awtoritajiet kompetenti oħra kif ukoll biex nieħdu l-miżuri neċessarji biex niprevenju, biex insibu, anka biex ninvestigaw u nipprosegwixxu reati serji u terroriżmu “
“Diversi kazijiet fejn qbadna nies, persuni li huma mfittxija minħabba omiċidji, nies li huma mfitxxija fuq traffikar ta’ droga, nies mfitxxija fuq traffikar ta’ persuni u rnexxielna nsibuhom”
Dan fid-dawl li l-organizzazzjonijiet kriminali kulma jmur qed jersqu lejn mudell ta’ negozju.
“Il-kriminal llum huwa nfurmat b’li jkun qed jigri jiġfieri jsegwi u jadatta ruħu bħal ma jagħmel kwalunkwe businessman li jara l-business tiegħu qed jiġi attakkat jew inkella jitfaċċa b’kompetizzjoni ikbar u jiddiversifikaw il-ħin kollhu.”