Wara 30 sena rega’ ltaqa ‘joint commission’ bejn rappreżenanti ta’ Ministeri Maltin u mill-Alġerija.
Dan sabiex iżid il-koperazzjoni fuq bosta setturi taż-żewġ pajjiżi. Il-Ministru għall-affarijiet barranin u l-promozzjoni tal-kummerċ, Carmelo Abela iffirma l-minuti tal-laqgħa flimkien mal-Ministru għall-enerġija tal-Alġerija, Mustapha Guitani.
Dan filwaqt li ġew iffirmati ftehim u żewġ MOUs dwar is-settur tas-saħħa u l-protezzjoni tal-pjanti. Guitani saħaq li l-koperazzjoni bejn il-pajjiżi hija essenzjali hekk kif Malta u l-Alġerija dejjem kellhom prinċipji simili fuq affarijiet importanti.