Se tkompli l-ħidma fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, fosthom billi jkompli x-xogħol fuq diversi siti, fosthom fis-sit f’Ħal Farruġ, li se jara madwar 267 appartament ta’ akkomodazzjoni soċjali ġdid, kif ukoll garaxxijiet u spazji għall-karozzi li jammontaw għal madwar 300.
Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana qal li se jkomplu jissaħħu l-iskemi eżistenti, fosthom il-benefiċċju tal-kera, li l-ispiża tiegħu tilħaq l-€10 miljun fis-sena.
Bejn l-2017 u l-2023, 1,391 familja ġew mgħejjuna biex isiru sidien ta’ djarhom, permezz ta’ diversi skemi.
B’hekk il-Gvern hu impenjat li jkompli jestendi l-iskemi tad-Deposit Guarantee, l-Equity Sharing, is-Social Loan, in-New Hope u Sir Sid Darek. Dan filwaqt li joffrih soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni inklussiva u sostenibbli.
S’issa diġà ġew milqugħa 4,895 applikazzjoni għall-iskema tal-First Time Buyers, li se tkompli tissaħaħ u, fil-jiem li ġejjin, mistenni li jiġu sottomessi 463 applikazzjoni oħra.
Se terġa’ tiġi estiża wkoll l-iskema tat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-First-Time Buyers u s-Second Time Buyers.