Enemalta qed tkompli tinvesti fit-tkabbir u r-riġenerazzjoni tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-enerġija billi żżid 13-il kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan.
Waqt żjara fuq xogħlijiet li għaddejjin f’Tas-Sliema, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern biex ikompli jħejji l-provvista tal-elettriku għal-lum u l-futur.
Kif ħabbar il-Gvern f’Diċembru tas-sena li għaddiet, b’kollox ser ikunu qed jiżdiedu 60 kilometru ta’ cables ġodda madwar 21 lokalità f’Malta u Għawdex, fejn diversi xogħlijiet jinsabu fi stadji avvanzati.
Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemalta, Ryan Fava, spjega kif dawn il-cables ġodda jsaħħu l-isforzi tal-kumpanija biex tipprovdi infrastruttura aktar reżiljenti, filwaqt li tassigura futur sostenibbli.
