Raġel ta’ 56 sena minn Tas-Sliema tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar disa’ metri minħabba li ċeda bih raff.
L-inċident sfortunat seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:30, fi stabbiliment fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku. Dawn tal-aħħar ħadu lill-vittma l-isptar, fejn sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.