Sean McGahren ta’ 43 sena ħareġ mill-Qorti b’multa talli kellhu revolver bla liċenzja wara li s-sieħba tiegħu rtirat rapporti li darabha u heddidha f’inċident fir-residenza tagħhom fix-Xgħajra.
L-inċident seħħ f’Ġunju li għadda meta l-Ingliż darab ħafif lil Vanessa Fenech li kienet tgħix miegħu fix-Xgħajra meta spara xi tiri u kisser xi ħġieġ tat-tieqa tar-residenza tagħhom b’arma tan-nar.
Sakemm ingħatat is-sentenza fil-Qorti, il-vittma rtirat ir-rapport li għamlet fil-konfront ta’ McGahren u talbet li ma tittiħidx azzjoni. Din il-manuvra ħalliet lill-Ingliż b’żewġt akkużi biss – Dik li kien f’pussess ta’ arma tan-nar u li ma kienx liċenzjat biex jużaha.
Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, tat multa ta’ €700 lill-akkużat, li se titħallas f’pagamenti ta’ €100 fix-xahar filwaqt li kkonfiskat l-arma li ntużat. Ordnat ukoll li l-Ingliż iħallas l-ispejjeż tal-Qorti li jammontaw għal ftit iżjed minn elf ewro.