Il-Professur Clare Vassallo rriżenjat mill-Kunsill Nazzjoanli tan-Nisa wara li aktar kmieni ħareġ kontra l-morning after pill. Hija stqarret li ma tixtieqx tassoċja ruħha ma grupp li jippreferi jagħti appoġġ lill-istituzzjonijiet konservattivi kontra n-nisa.
Prof Vassallo qalet li l-morning after pill hija estensjoni tal-kontraċezzjoni u li ssalva lil dawk li ma jkunux ippjanaw li jkollhom tarbija. Hija saħqet li għaddew 50 sena minn meta bdew dibattiti dwar il-pillola kontraċettiva. Kompliet tgħid li f’Malta biss irridu nerġgħu nibdewhom mill-ġdid. “Istħu,” temmet tgħid l-akkademika fuq is-sit soċjali tagħha meta spjegat il-pożizzjoni tagħha.