Il-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali Franċiża Marine Le Pen irriżenjat temporanjament minn Kap tal-Partit Front Nazzjonali.
Hija ħabbret dan ġurnata wara li kisbet biżżejjed voti biex għaddiet għat-tieni rawnd tal-elezzjoni fi Franza, meta fis-sebgħa ta’ Mejju li ġej se tikkontesta kontra Emmanuel Macron.
Le Pen qalet li fl-aħħar fażi t’elezzjoni Presidenzjali, trid tinqata’ mill-politika partiġġjana.
L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika juri lil Macron b’vantaġġ għar-rebħa Presidenzjali, madanakollu, konxja mis-sondaġġi, Le Pen qalet li tista’ tirbaħ, u se tirbaħ.
B’din id-deċiżjoni fl-isfond, Le Pen qalet li trid tkun President li tgħaqqad lill-poplu Franċiż.