Il-President tal-Università ta’ Harvard irriżenjat wara li ffaċċjat allegazzjonijiet ta’ kkupjar, u kritika fuq kummenti li għaddiet dwar l-antisemitiżmu fl-Università.
Fl-aħħar ġimgħat, Claudine Gay affaċċjat pressjoni kbira biex tirriżenja.
F’ittra li fiha ħabbret ir-riżenja tagħha, hija qalet li huwa fl-aqwa interess tal-Università li titlaq minn dan l-irwol.
Qalet ukoll li din id-deċiżjoni kienet diffiċli ħafna, iżda r-riżenja tagħha se tippermetti lil Harvard biex tiffoka fuq l-istituzzjoni.
Hija serviet għal President għal sitt xhur, u kienet it-tieni mara, u l-ewwel ta’ karnaġġjon skur, li tkun appuntata fi rwol li tmexxi università tal-Ivy League.