Bassara tat-temp qed jgħidu li t-temperaturi fl-Ewropa mistennija jitilgħu sa 42 Grad Celsius f’pajjiżi bħall-Italja, 40 Grad Celsius fi Franza u 37 Grad Celsius fl-Iżvizzera.
L-Ewropa qed tlesti għal mewġa ta’ sħana oħra li ngħata bidu għaliha fi tmiem il-ġimgħa li għadda u se tibqa’ għaddejja matul din il-ġimgħa bit-temperaturi mistennija jogħlew.
Din il-mewġa ta’ sħana qed tiġi kkawżata minn pressjoni għolja li ġejja mill-Afrika.
Din mistennija tgħaddi minn Spanja u tibqa’ miexja lejn iċ-ċentru tal-Ewropa.