Nhar il-Ħadd li ġej se tittella’ mill-ġdid l-attività popolari, ‘Fiera Festa tal-Għadira, f’Kerċem Għawdex wara nuqqas ta’ sentejn.
L-attività se tibda f’nofshinar u tkompli għaddejja sa filgħaxija ħdejn l-Għadira ta’ San Raflu.
L-attivitajiet se jkunu mmirati għall-familji kollha, fosthom lotteriji b’rigali sbieħ, diversi
logħob ieħor, spazju b’għadd ta’ logħob għat-tfal li ser ikunu kollha b’xejn, varjetà kbira ta’
pjanti, prodotti magħmula mill-frawli frisk, ikel u xorb.
Ser issir ukoll kompetizzjoni kbira ta’ sparatura fuq il-plattini miftuħa fuq żewġ kategoriji.
Ser ikun hemm parkeġġ organizzat b’xejn għal kulħadd.
Din l-attivita’ ser tittella’ bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-
Ministeru għal Għawdex.