Wara nuqqas ta’ sentejn, minħabba l-pandemija tal-Covid-19, fir-raħal tas-Sajjieda, f’Marsaxlokk, se terġa’ tiġi organizzata Festa Ħut; festa li fiha jitfakkru t-tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin.
F’konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat kif Festa Ħut se tkun qed issir tul ix-Xatt ta’ Marsaxlokk nhar il-Ħadd 11 ta’ Settembru. Is-sena 2022 taħbat ukoll is-Sena Internazzjonali tas-Sajd u l-Akwakultura Artiġjanali kif iddikjarata min-Nazzjonijiet Magħquda.
Il-Ministru Anton Refalo spjega kif din l-attività hija opportunità għad-dedikazzjoni tas-sajjieda Maltin u Għawdxin.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/09/09154956/WhatsApp-Image-2022-09-09-at-3.43.05-PM-2.jpeg)
Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat kif is-sajd lokali huwa essenzjali għall-ekonomija, kultura u jitqies ukoll bħala sors ta’ ikel.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/09/09155014/WhatsApp-Image-2022-09-09-at-3.43.04-PM-1-1024x710.jpeg)
Preżenti għat-tnedija ta’ din l-attività kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Marsaxlokk, Steven Grech.