Il-familji milquta mill-waqa’ ta’ djarhom fi Gwardamangia f’Ġunju li għadda għandhom żewġ proposti tajbin ħafna quddiemhom.
Hekk qalet fuq il-profil tagħha fuq Facebook, Janet Walker li anki rringrazzjat lil Prim Ministru Robert Abela li sema’ karba tagħha u tal-ħames familji l-oħra milquta u anki daħal medjatur għalihom.
Walker spjegat li l-familji ġew offruti żewġ proposti ta’ x’se tkun it-triq ‘l quddiem u filwaqt li ddeskriviethom bħala tajbin ħafna, qalet li proposta partikolari jekk tingħażel ittella’ l-ġenna mill-infern.
Spjegat li issa s-sitt familji jridu jpoġġu madwar mejda u jiddiskutu l-proposti quddiemhom u jaqblu fuq waħda minnhom.
Hija rringrazzjat lil dawk li fl-aħħar xhur kienu t’appoġġ għaliha u l-familji l-oħra.
Kien il-Ħamis 13 ta’ Ġunju li qrib sit ta’ kostruzzjoni, blokka t’appartamenti waqgħet wara li sfronda l-ħajt diviżorju li jmiss ma’ sit li qed jiġi skavat fi Triq il-Mimosa fi Gwardamangia.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/06/13/kien-hemm-paniku-kbir-ir-roghda-ghadha-fuqi-residenta-ohra-tiddeskrivi-l-mument-li-ggarrfet-il-binja-fil-gwardamangia/
http://www.one.com.mt/2019/06/13/proset-perit-jiena-ghidtlek-biex-tieqaf-u-int-qed-tkompli-tahdem-3/