Pariġi, il-Portugal, Bora Bora u l-Hawaii huma biss ftit pajjiżi li żaret Helen Owen u issa kien imissha żżur lil Malta.
Helen Owen hi tfajla li ddur id-dinja u permezz ta’ ritratti mill-isbaħ li ttella’ fuq il-pjattaforma Instagram, hi tieħu lis-segwaċi tagħha magħha f’pajjiżi diversi b’mod virtwali.
Owen hi oriġinarjament minn Los Angeles u ggradwat fis-settur tal-arti fil-qasam tal-midja u l-iddisinjar fejn fis-sit tagħha spjegat kif minn ritratt għal ieħor bdiet iżżid aktar fis-segwaċi sakemm illum ‘il ġurnata għandha aktar minn 1.4 miljun persuna ssegwiha.
B’mumenti miġbuda ddokumentati fuq Instagram, Helen Owen qed tieħu lis-segwaċi tagħha madwar il-gżejjer Maltin b’mumenti meħudin fosthom fil-Belt Valletta u kif ukoll f’Ħaġar Qim.
Żgur mhux forsi li din sservi bħala riklam tajjeb għall-gżejjer tagħna b’ritratti li jolqtu l-għajn u forsi l-interess ta’ min iħobb isiefer.