L-Ambaxxatriċi Amerikana fi ħdan il-Ġnus Magħquda, Nikki Haley, irreżenjat mill-kariga tagħha.
Hija qalet li għamlet dan biex tkun tista’ tqatta’ ftit ħin ta’ mistriwħ. Minkejja l-istqarrija tagħha, fil-midja għaddejjin diversi spekulazzjonijiet li din għandha l-ambizzjoni li tkun parti mit-tellieqa għall-elezzjonijiet presidenzjali Amerikani tal-2020.