Jissuktaw il-protesti f’Hong Kong; fejn uffiċjal tal-Pulizija spara tiri waqt dimostrazzjoni li saret il-Ħadd.
Din hija l-ewwel darba li ġew sparati tiri fi protesta mindu bdew f’Ġunju li għadda.
Kienu bosta ritratti fuq il-midja soċjali li wrew uffiċjali tal-pulizija jippuntaw armi tan-nar lejn id-dimostranti li kienu qed jiġru warajhom b’lasti.
Għall-ewwel darba wkoll il-Pulizija għamlu użu minn armi li jisparaw l-ilma lejn id-dimostranti.
Huma eluf, id-dimostranti li ilhom minn Ġunju joħorġu fit-toroq ta’ Hong Kong bl-għajta għal aktar demokrazija.