Rebħet Tiffany Pisani, il-mudella b’esperjenza, li f’Miss Universe Malta rrappreżentat il-lokalità ta’ Ħ’Attard. Ma kinetx sorpriża għal ħafna li l-mudella li diġa’ għandha esperjenza internazzjonali ntgħażlet biex tkun hi li tirrappreżenta lill-pajjiżna f’din il-kompetizzjoni internazzjonali. Fi tmiem serata mill-isbaħ u tal-ogħla livell kienet ir-rebbieħa tas-sena l-oħra Martha Fenech li poġġiet il-kuruna fuq ras ir-reġina tas-sbuħija Maltija għat-tnax –il xahar li ġejjin.