Żewġ hashtags li ġew ippubblikati online flimkien ma’ riċetta ħolqu xi ftit tad-diskussjoni.
Persuna li tispjeċjalizza f’dieti u ikel tajjeb għas-saħħa kitbet riċetta tajba għat-tfal, li tinkludi l-frawli.
Il-problema bdiet meta bħala parti mill-hashtags li wżat, inkludiet #preventadhd u #prevenautism.
Kien hawn li l-kummenti tan-nies splodew. Fosthom, omm ta’ persuna bl-awtiżmu qalet li wieħed għandu jkun infurmat sew qabel jikteb dwar l-awtiżmu.
Il-persuna li kitbet ir-riċetta sostniet li wieħed jista’ jevita l-awtiżmu billi jkun attent x’jiekol qabel il-konċepiment u wara. Sostniet li r-rati ta’ awtiżmu żdiedu fit-tmeninijiet meta kien hemm żieda fil-preżervattivi, għaġin, zokkor u ħobs li beda jittiekel.
Mhux konivnti u saħansitra offiżi b’din it-teorija, ħafna komplew jgħidu eżatt kif jaħsbuha. Bħal dejjem kien hemm min infexx fit-tgħajjijr.
Dik li kitbet ir-riċetta sostniet li riedet biss isservi ta’ ġid, u fakkret li kulħadd għandu jiddeċiedu hu dwar l-aħjar għall uliedu.
L-Austism Research Institute f’San Diego jispjega fis-sit tiegħu li hemm numru ta’ riċerki li jisħqu dwar l-importanza tal-ambjent qabel, waqt u wara t-tqala. Madanakollu dawn huma regoli li dejjem jgħoddu waqt it-tqala
Skont Autism Network, hemm ħafna tfal li qedin fl-ispettru li għandhom dieti partikolari, pero dan ma jfissirx li l-awtiżmu jista’ jkun evitat.
Punt li ssemma wkoll huwa li l-preżenza ta’ ħafna elementi bħal zokkor fid-dieta ma jagħmel tajjeb lill ħadd.