Mara minn Pennsylvania ppruvat tixtri dar, li kienet tiswa €1.2 MILJUN, bi flus foloz.
Il-Pulizija ta’ Carroll Township, fl-Amerika, sostnew li dan il-każ seħħ f’Jannar li l-investigazzjoni għadha għaddejja.
Il-mara, Katherine Kempson ta’ 49 sena, għamlet użu minn kopja ta’ logo ta’ negozju biex toħloq ċekk falz ta’ $1.3MILJUN. Kempson wara marret għand kumpanija li tbiegħ ir-residenzi u ppruvat tħallas b’ċekk indirizzat lilhom.
Kien persuna li jaħdem mal-kumpanija li ġieh suspett li ċ-ċekk jaf ikun falz u minn hemm inġibdet l-attenzjoni tal-Pulizija.