F’tentattiv li tindirizza t-theddida terroristika fuqha, il-Ġermanja ħarġet sett ta’ proposti.
Il-proposta ewlenija tgħid li ċittadini Ġermaniżi f’ċittadinanza doppja u li jagħżlu li jiġġieldu għall-gruppi fundamentalisti, dawn jitilfu ċ-ċittadinanza Ġermaniża.
Il-Ministru tal-Intern Thomas de Maiziere ħabbar ukoll il-pjanijiet li jitħaffef il-proċess biex jiġu deportati barranin li jkunu qed jiffaċjaw akkużi kriminali.
F’konferenza tal-aħbarijiet huwa anki semma li l-forzi tas-sigurtà se jkollhom għodda aħjar biex tilqa’ għat-theddida terroristika. Minkejja dan kollu, il-Ġermanja li tinsab fuq alert massimu mhux mistennija tipprojbixxi l-liġi kontroversjali li tippermetti l-ilbies tal-burka.