Fost il-koppji li s-sena li għaddiet daħlu għaċ-ċiklu tal- IVF, kien hemm waħda li ilha tipprovagħat-tfal għal għoxrin sena. Ir-rendikont li hemm r- rapport annwali tal-Awtorità tal-Protezzjoni tal-Embrijuni għall-2015 juri kif iktar minn 40% ta’ koppji li użaw l-IVF kienu ilhom iktar minn sitt snin infertili.
Minn total ta’ 311-il ċiklu li saru, kollha mħallsa mill-Gvern, 174 minnhom kienu minn koppji li kienu qed isofru minn infertilità primarja, li jfisser li baqgħu infertili sa sena wara li bdew jippruvaw għat- tfal. 26 biss minnhom kienu koppji li diġà kellhom it-tfal mill-istess relazzjoni, iżda li wara l-ewwel tqala, ma setgħux jerġgħu jinqabdu. Total ta’ 34.1% tal-każi ta’ infertilità kienu ġejjin mill-mara, filwaqt li 28.3% kienu relazzjonijiet fejn ir-raġel kien infertili. F’każ oħra kien hemm problema miż-żewġ naħat.
Ir-rapport juri ukoll kif l-età medja tal-infertilità fost il-koppji hija dik bejn it-33 u s-36 sena.
Minkejja l-progress li sar fl-aħħar tliet sninf’dan il-qasam, iċ-ċikli jsiru darba kull sitt ġimgħat mal-Gvern u tliet darbiet fis-sena fi sptarijiet privati. Dan isir b’numru limitat ta’ bajd li jitneħħew mill-utru tal-mara biex ikunu fertilizzati. Il-proċess isir dejjem minn embrijoloġisti minn barra minn Malta.
Id-Direttur tal-Awtorità tal- Protezzjoni tal-Embrijuni, Simone Attard, saħqet li għalkemm tinsab kuntenta ferm b’dawn ir-riżultati, għax ifissru iktar koppji kuntenti, xorta għad fadal xi jsir. Jekk nieħdu s-sena 2015 bħala eżempju, 18.9% biss taċ-ċikli rriżultaw trabi f’saħħithom, għax dejjem ikun hemm każi ta’ korrimenti jew ċikli mhux ta’ suċċess. Il-fatt li m’hawnx embrijoloġisti Maltin f’pajjiżna u rridu niddependu minn speċjalisti barranin ukoll jitfa’ r-riżultati lura. Skont Attard, iktar ċifri għoljin ifisser li iktar koppji li twettqet il-ħolma tagħhom li jkunu ġenituri.