Adoloxxenti li jpejjpu u jixorbu l-alkaħol qed jikkawżaw ħsara viżibli lill-arterji sa mill-età ta’ 17-il sena.Dan irriżulta minn studju li fih saru testijiet li wrew li l-impatt ħażin fuq l-arterji beda f’din l-età żgħira.
Tibdiliet fiżiċi li kienu marbuta ma’ żidiet fir-riskji ta’ problem tal-qalb fosthom attakk tal-qalb u puplesija, aktar ‘il quddiem fil-ħajja.
L-istudju, iżda, sab ukoll li l-arterji tal-adoloxxenti li waqfu jpejpu jew jixorbu reġgħu ġew lura għan-normal.