Ingliża li żaret lis-sieħeb tagħha fil-btajjel tal-Milied u allegatament tagħtu daqqa ta’ sikkina f’kuxtejh, baqgħet tinżamm taħt arrest.
Dan wara li tressqet il-Qorti aktar kmieni llum akkużata wkoll li heddet lis-sieħeb tagħha waqt l-allegat każ, li seħħ il-Ġimgħa.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, Sarah Howe ta’ 42 sena wieġbet mhux ħatja.
L-Ispettur Sherona Bugeja spjegat li waqt il-ħin tal-inċident kemm il-vittma u kif ukoll Howe, kienu fis-sakra.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, filwaqt li ordnat li l-istat mentali tal-mara jiġi evalwat sabiex tingħata l-assistenza neċessarja.
L-Avukat Lennox Vella rrappreżenta lill-akkużata.