Il-Ħadd filgħodu l-Qorti nfetħet b’urġenza sabiex jinstema’ l-każ taż-żagħżugħa ta’ 22 sena li lbieraħ ġiet arrestatat fuq allegazzjoni li attakkat lil raġel b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti spjegat li l-Imputata qalet li hi attakkat lis-sieħeb tagħha b’furketta u mhux b’sikkina. Il-vittma, l-eks sieħeb tagħha u li kien preżenti fl-awla, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo, id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest, talba li sabet l-oġġezzjoni tal-prosekuzzjoni. Fil-fatt, il-Maġistrat ċaħad it-talba tal-arrest.
Il-każ seħħ ilbieraħ f’Wied il-Għajn, bil-pulizija kellha tuża t-taser fuq it-tfajla wara li din avviċinathom b’mod aggressiv.
L-isem tal-mara mhux ser jixxandar minħabba l-identità’ tas-sieħeb tagħha u minħabba li għandha tifla ta’ 7 snin.