Mandy Cassar ta’ 29 sena residenti s-Swieqi nżammet arrestata u ffriżaw l-assi tagħha wara li allegatament wasslilha pakket ta 600g droga kannabis.
Fil-Qorti, sar magħruf li l-pakkett wasal għand il-Malta Post il-Ġimgħa, fejn tqajjem suspett dwar il-pakkett. Is-Sibt filgħodu, il-pakkett wasal għand l-akkużata u l-pulizija arrestawha.
Il-prosekuzzjoni qalet li kien hemm xhieda pajżana li huma l-ħaddiema tal-Malta Post, u meta wasal il-pakkett, l-akkużata fetħitu u misset is-sustanza. Barra min hekk, il-prosekuzzjoni żiedet tgħid li Cassar għandha tinżamm arresta minħabba l-ammont ta’ droga traffikat lilha.
Cassar wieġbet mhux ħatja għall-akkuzi miġjuba kontriha, bl-avukat difensur Franco Debono jgħid li għandha tingħata l-ħelsien għaliex għandha indirizz fiss u l-familja tagħha tgħix magħha. Il-Qorti m’aċċettatx din it-talba.