Sarah Anne Gatt ta’ 41 sena minn Santa Venera nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti mixlija bi frodi.
Quddiem il-Qorti, Gatt ġiet akkużata bi frodi ta’ madwar €300,000 mingħand tal-anqas 27 persuna, biex taparsi tbigħ proprjetajiet tal-Gvern, li eventwalment qatt ma saru.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni ma qablitx minħabba li għad baqa’ jixhdu x-xhieda pajżana.
Il-Prosekuzzjoni qalet li għad trid tinvestiga iżjed persuni b’rabta ma’ dan il-każ.
L-akkużata wieġbet li mhix ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.