Nikita McAnally ta’ 26 sena minn San Pawl il-Baħar inżammet arrestata wara li ġiet akkużata b’żewġ serqiet.
Hija tressqet il-Qorti akkużata li s-Sibt ppruvat tisraq mal-€500 minn stabbiliment f’Tas-Sliema. Ġiet akkużata wkoll li f’Mejju serqet minn Europa Hotel fis-Swieqi.
Il-mara hija riċediva u ġiet akkużata li kissret il-kundizzjonijiet imposti fuqha mill-Qorti. It-tfajla talbet għall-ħelsien mill-arrest permezz tal-avukat tagħha.
Iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, minkejja li nnutat li l-mara għamlet titjieb fl-imġieba tagħha.
Bil-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat sabiex l-mara tinżamm arrestat fil-faċilità korettiva ta’ Kordin.