Mara ta’ sitta u erbgħin sena mill-Qawra nżammet arrestata wara li l-Qorti stennietha għal sagħtejn sħaħ biex tirritorna flus misruqa.
Carmela Cini ma tfaċċatx fil-Qorti meta kellha tidher biex tagħti lura tlett t’elef u ħames mitt ewro fi flus kontanti li kienet serqet.
Hija kienet anki serqet mal-erba’ mitt sigarett. Wara l-istennija twila, il-mara dehret fil-Qorti fejn qalet li l-flus m’humiex magħha. Kien hawn li l-Maġistrat ordnat li tinżamm arrestata.