Tiziana Attard ta’ 33 sena minn Ħal Tarxien nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti akkużata li serqet anzjana ta’ 77 sena minn Raħal Ġdid.
Il-każ ġara f’Lulju li għadda meta allegatament it-tfajla serqet affarijiet elettroniċi u basket fost affarijiet oħra.
Hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi fil-konfront tagħha.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Paul Camilleri.