Charlene Gatt, ta’ 37 sena, minn Ħaż-Żebbuġ baqgħet tinżamm arrestata wara li tressqet il-Qorti mixlija li kkaġunat ġrieħi gravi, li kellha fil-pussess tagħha arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja, u li kisret il-paċi pubblika.
Gatt ġiet akkużata wkoll li kienet riċediva.
Hija wieġbet li m’hix ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.
Fil-Qorti ntqal li Gatt allegatament ħebbet għal mara oħra nhar l-4 ta’ Mejju li għadda. Il-każ seħħ fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex, għall-ħabta tan-12.30 ta’ filgħodu.
L-avukat difensur talab għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba.
Il-Qorti, ipperseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl tan-natura tal-akkużi u tal-biża’ ta’ intralċ tal-provi.