Malone Debono ta’ tletin sena nżammet arrestata wara li wieġbet mhux ħatja ta’ numru ta’ serqiet minn karozzi u ħwienet.
Fil-Qorti nstema’ li mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li Debono hija waħda minn żewġ suspettati relatati mas-serqiet.
Intqal kif hija ġiet arrestata u ttieħdet l-isptar minħabba bżonn ta’ trattament mediku.
Hawn hija ħarbet mill-isptar iżda l-Pulizija reġgħu arrestawha wara li rreżistiet l-arrest.
Fost l-oħrajn hija mixlija li serqet mat-tmien mitt ewro fi flus kontanti mill-Marsa, u sitt mitt ewro minn ħanut tax-xagħar fil-Ħamrun.