Shanelle Farrugia ta’ 29 sena li tgħix Bormla nżammet arrestata wara li tressqet il-Qorti mixlija li serqet erba’ mija u ħamsin ewro fi flus kontanti waqt li raġel kien qiegħed isarraf il-fliexken tal-plastik.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar li għadda ħdejn magna li ssarraf il-fliexken fi Triq is-Salib tal-Marsa, fil-Marsa.
Intqal ukoll li allegatament hija serqet dawn il-flus mill-karozza tal-vittma.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużata.
Farrugia, li qalet li ma taħdimx, wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.