Amanda Camilleri ta’ 36 sena minn Santa Luċija nżammet arrestata wara li ġiet mixlija bi frodi u ffalsifikar ta’ dokumenti.
Dan wara li Camilleri, li ma taħdimx ipprovat issarraf ċekkijiet foloz, b’ammonti li jlaħħqu l-elf u mitt ewro fil-fergħa tal-BOV taż-Żejtun.
Hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha filwaqt li d-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużata.
Camilleri kellha akkużi simili li jmorru lura għall-2012 fosthom li hija riċediva u li kellha fil-pussess tagħha oġġetti misruqa.
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest filwaqt li argumentat kif kien hemm xhieda li raw ir-reat fosthom sitt qassisin li għamlu l-ewwel rapport lill-Pulizija.
Barra li l-Maġistrat żammet lil Camilleri taħt arrest hija ordnat li tibqa’ tingħata l-kura medika għad-dipendenza li għandha fuq il-methadone.