Mara minn Ħal Tarxien baqgħet tinżamm arrestata wara li wieġbet li mhix ħatja li weġġgħet lill-ġara tagħha b’daqqa ta’ flixkun.
Tiziana Attard ta’ 36 sena ġiet akkużata wkoll li naqset milli tiffirma l-Għassa tal-Pulizija dwar każ kriminali ieħor li għandha l-Qorti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-Difiża argumentat li l-ġrieħi kienu ħfief u talbet għall-ħelsien mill-arrest, iżda t-talba ma ntlaqgħetx mill-Qorti minħabba l-fatt li ż-żewġ nisa joqogħdu qrib xulxin