Dalgħodu f’Olympia fil-Greċja nxtegħlet it-torċa Olimpika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan f’ċerimonja tradizzjoni li tibda mill-post minn fejn bdew l-Olimpjadi u tmur lejn il-kapitali Franċiża, Pariġi – il-post minn fejn se jsir dan l-avveniment sportiv fis-sajf li ġej.
L-Olimpjadi f’Pariġi se jibdew fis-26 ta’ Lulju u jibqgħu għaddejjin sal-11 t’Awwissu.
Din hi t-tielet darba li l-kapitali Franċiza se tospita dawn il-logħob, wara li saru fl-1900 u mitt sena ilu, fl-1924.