Is-Siġra tal-Milied magħmulha minn aktar minn 2,000 ornament tal-ħġieġ inxtegħlet il-Ġimgħa filgħaxija fid-daħla ta’ Bieb il-Belt. Is-siġra nxtegħlet miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 Jason Micallef flimkien mad-Direttur Maniġerjali ta’ Mdina Glass Joseph Said.
Din is-siġra, twila seba’ metri, tinsab quddiem il-Bini tal-Parlament, u magħmula b’aktar minn 2000 ornament tal-ħġieġ magħmula bl-idejn ta’ diversi kuluri u daqsijiet, imwaħħla ma’ struttura interna.
L-iskulturi tal-ħġieġ huma parti minn kollaborazzjoni bejn Valletta 2018 u Mdina Glass, u se tibqa’ mtellgħa matul ix-xahar ta’ Diċembru kollu.