Fil-menqa ta’ Marsalforn dehret xi ħaġa suspettuża li hemm ċans kbir li hi ġisem bla ħajja. Għalkemm dan it-tagħrif għad irid ikun ikkonfermat. B’imkejjen fil-Forzi Armata ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jgħidulna li wieħed ma jistax ikun ċert qabel f’operazzjoni li għaddejja bħalissa l-uffiċjali jaslu biswit dak li ntlemaħ.
Jekk ikun ikkonfermat li dan hu katavru, allura ‘aktarx dan huwa l-katavru taż-żagħżugħ Ungeriż ta’ 17-il sena li iktar kmieni din il-ġimgħa għeb f’Marsalforn.
Tliet ijiem ilu filgħaxija l-Ungeriż, Bence Murinai, kien ma’ ħuh ta’ 15-il sena u niżel jgħum. Minn hemm ma deherx iktar.
It-tfittxijiet mill-patrol boat u helicopter tal-Forzi Armati, li bdew għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija ta’ tliet ijiem ilu, ma qatgħu xejn iżda rriżultaw fin-negattiv. Il-baħar imqalleb għamilha diffiċli ferm għall-operazzjoni.
Mal-ewwel indikazzjoni, illum, li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu fuq il-post intbagħat tim tal-protezzjoni ċivili, kif ukoll il-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. L-operazzjoni għadha għaddejja.