Ħuta invażiva, li bil-Malti hi meqjusa bħala Qawsalla, intlemħet bil-kbir fl-ibħra Maltin. Qal dan il-Professur Alan Deidun fejn spjega kif din l-ispeċi normalment tkun fil-Baħar l-Aħmar u fl-Oċean Indjan fejn l-ewwel darba li ntlemħet fil-Mediterran kien lura fl-1956 qrib l-Iżrael. Liema ħut fir-ritratt inqabdu minn sajjied Malti.
Din l-ispeċi, minkejja li tista’ tittiekel, għandha tinqabad b’mod kawt hekk kif hi velenuża.
Deidun qal li jekk xi ħadd jirnexxilu jaqbad din it-tip ta’ ħuta, bħal dik tar-ritratt, hi xi ħaġa li għandu biex jiftaħar u għalekk għandu jagħmel rapport dwar il-qabda tiegħu.