Illum, għall-ħabta tat-8.15am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Franġisku Pisani, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Mash Seventy Five, misjuq minn żagħżugħ ta’ 22 sena, residenti Ħal Tarxien, u karozza tat-tip Toyota Funcargo, misjuqa minn raġel ta’ 62 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie
ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, filwaqt li s-sewwieq l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.