Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Yorgen Fenech li jingħata l-informazzjoni li ttieħdet mill-mobile ta’ Keith Schembri.
L-Avukati ta’ Fenech qed isostnu li fil-mobile ta’ Schembri hemm informazzjoni li hija importanti għall-każ tagħhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Avukat tal-Istat informa lill-Qorti, li l-Uffiċċju mmexxi minnu mhux se jkun qed jappella minn din id-deċiżjoni, u għalhekk il-Kummissarju se jkun qed jagħti din l-informazzjoni lill-Avukati ta’ Fenech, anke jekk dan ifisser li l-investigazzjoni tiġi preġudikata.