Tfittxija privata minn kumpanija Amerikana mmarkat it-tmiem ta’ Operazzjoni ħolistika tat-tfittxija għat-titjira MH370 ta’ Malasyia Airlines, li għebet fl-ajru fl-2014.
Il-kumpanija Ocean Infinity, li għall-aħħar 90 jum mexxiet l-aħħar operazzjoni, kienet qed tuża tagħmir apposta għal tiftix fil-baħar fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan.
Minkejja li l-operazzjoni ma kinitx waħda sodisfaċenti, il-Gvern tal-Malażja ma għandu ebda pjan li jibda operazzjoni ta’ tfitxxija mill-ġdid.
It-titjira MH370 ħasdet l-aħbarijiet mondjali f’Marzu 2014 meta sparixxiet fit-triq għal Kuala Lumpur minn Bejing b’ 239 passiġġier abbord.