Fil-Gozo Stadium, it-tim nazzjonali Malti tilef it-tielet partita tiegħu fil-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-19 il-sena meta ġie megħlub 2 – 1 mill-Portugall.
Il-Portugiżi fil-vantaġġ wara tmien minuti logħob b’xutt fil-baxx ta’ Miguel Fale. L-avversarji baqaw xi ftit jew wisq aħjar mill-Maltin madankollu l-plejers Maltin qadd ma’ ċedew l-armi u sat-tmiem l-ewwel 45 minuta l-skor baqa dak ta’ 1 – 0.
Il-Portugall baqaw jgawdu ħafna minn dak li hu pusses madankollu Malta irnexxila tapprofita minn żball tal-goalkeeper Portugiż u Basil Tuma xeħet il-ballun fix-xibka għal 1 – 1. Hawnhekk il-plejers Portugiżi tilfu xi ftit il-konċentrazzjoni sakemm tlett minuti wara l-Portugall marru mill-ġdid fil-vantaġġ meta minn kross mix-xellug Joao Goncalves approfita minn indeċiżjoni fid-difiża u għamel l-iskor 2 – 1.
B’dan ir-riżultat il-Portugall spiċċaw fl-ewwel post tal-grupp segwiti mill-Italja li fl-stess ħin ġew miżmuma 1 – 1 mill-Polonja fl-Stadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Ritratt: Domenic Aquilina