Ir-riżultat uffiċjali tal-elezzjoni għall-Kap Nazzjonalista juri kif Adrian Delia għadda lil Chris Said b’ madwar tminn mitt vot hekk kif kiseb 52% tal-voti mitfugha u b’hekk inħatar kap tal-Partit Nazzjonalista.
Hekk kif f’din l-elezzjoni 35% tat-tesserati astjenew milli jivvuttaw u jeżercittaw id-dritt tagħhom fl-għażla ta’ Kap ġdid.
Minn madwar 23,000 tesserat li kien eleġibbli li jivvota bi 33% ma jiġbrux il-vot, kienu biss erbatax-il elf seba mija u tmintax-il tesserrat li vvuttaw f’din l-elezzjoni.
Dan ifisser li mat-tmint elef tesserat għazlu li ma jivvutawx. Dan meta skont il-Kap Caretaker Simon Busuttil, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista kellu jintgħażel minn 23,000 tesserat tal-Partit Nazzjonalista.
It-turnout baxx ta’ 65% fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista wassal biex tinħareġ ordni biex fuq il-midja tal-partit jingħad li kien hemm votazzjoni qawwija.
Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista żvelaw ma’ one.com.mt li l-Partit Nazzjonalsita ħareġ ordni biex jingħad li kien hemm votazzjoni qawwija ħalli jintbagħat messaġġ favur kap ġdid. Dan biex jipprovaw isewwu l-ħsara kbira li saret tul il-kampanja.
01:08: Għajjat kif tħabbar ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni.
00:55: Adrian Delia mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet lil dawk preżenti fil-ħin li ġej.
Intant kif ħarġet l-aħbar, Simon Busuttil feraħ lil Delia permezz ta’ messaġġ fuq Twitter
00:54: Segwaċi ta’ Delia fuq il-Fosos
00:47: Delia jinaħatar Kap tal-PN b’55.5%.
00:17: Ritratti minn fuq il-post hekk kif bħalissa qed jingħaddu l-voti.
23:00: Għaddej il-proċess tal-għadd tal-voti fuq il-Fosos tal-Furjana.
22:10: Bdew jaslu l-kaxex tal-voti.
21:30: Minn madwar 23,000 tesserat li kien eliġibbli li jivvota, b’33% ma jiġbrux il-vot, kienu 14,718-il tesserat li vvutaw f’din l-elezzjoni. Dan ifisser li kienu madwar 35% tat-tesserati li astjenew mill-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.
21:00: Proprju ftit tal-ħin ilu ntemmet il-votazzjoni tal-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista bejn Adrian Delia u Chris Said. Dan hekk kif iċ-ċans biex wieħed jivvota għalaq fid-21:00 tal-lejla filwaqt li f’Għawdex għalqet fit-20:00 tal-lejla.
Minn ħin għal ieħor se jkunu qed jinġiebu l-kaxex minn Għawdex fejn minn hemm jibda s-sorting biex mbad jibdew jingħaddu l-voti sabiex ikollna l-ewwel indikazzjonijiet.
One News tkellem ma’ uffiċjali fuq il-post fejn dawn sostnew li r-riżultat uffiċjali mistenni joħroġ għall-ħabta tat-3:00 ta’ filgħodu filwaqt li l-ewwel indikazzjonijiet joħorġu għall-ħabta ta’ nofsillejl u s-siegħa ta’ filgħodu.
It-tensjoni tiddomina fuq il-Fosos fejn proprju ftit tal-ħin ilu partitarji aggredixxew lill-crew ta’ ONE News li kienu hemm jgħamlu xogħlhom fejn dawn ippruvaw iwaqqfuhom.
Mas-sebat elef tesserat tal-Partit Nazzjonalista ma vvotawx f’din l-elezzjoni. Dan ifisser li terz tal-membri jew 33% għażlu li ma jiġbrux id-dokument tal-vot tagħhom jew ma jġeddux is-sħubija tagħhom fil-partit.
Minn 23,000 tesserat, fl-elezzjoni għal Kap ġabru l-vot ftit aktar minn ħmistax-il elf u ħames mitt tesserat, bi kważi 2,600 tesserat ivvutaw is-Sibt li għadda waqt il-votazzjoni bikrija.
Kienu madwar 1,396 persuna li vvotaw f’Għawdex f’din l-elezzjoni.
Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej…