Disney hija ditta assoċjata mal-ħrejjef. Iżda l-ħrafa ntemmet għal bosta hekk kif il-kap eżekuttiv ta’ Disney, Bob Iger, ħabbar li se jnaqqas 7,000 impjieg, f’mossa kbira għal dan il-ġgant fid-dinja tad-divertiment.
Is-sensji huma parti minn pjan biex jiffrankaw $5.5 biljun, u jagħmlu s-servizz ta’ streaming Disney+ aktar profittabbli. Dan is-servizz irreġistra l-ewwel tnaqqis sostanzjali ta’ abbonati minn mindu tnieda fl-2019.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bob Iger qal li din ma kinitx deċiżjoni faċli, u tfisser li l-ammont ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ Disney se jonqsu b’3.6%.