Biswit il-Knisja l-Antika ta’ Santa Katarina magħrufa bħala ta’ San Girgor, l-Ħadd filgħodu għall-okkażjoni ta’ Żejt iż-Żejtun sar it-Tberik tal-Annimali fejn spikkaw it-tradizzjonijiet u l-użanzi ta’ pajjiżna fost oħrajn.
Is-sindku taż-Żejtun, Joan Agius flimkien mal-Arċiprit taż-Żejtun Monsinjur Anton Galea Scannura, il-Ministru Owen Bonniċi u s-Segretarju Parlamentari Alicia Buġeja Said ppreżentaw lill-parteċipanti tifkira għall-okkażżjoni
“Illum qed inkomplu nagħmlu suċċess ieħor, ħafna bhejjem għat-tberik u Ġnien San Girgorg hemm il-wirja tal-mogħoż u nagħaġ, inkomplu nkabbru l-kulturi f’kull lokalità.”
Spikka wkoll it-taħlib tal-mogħoż u n-nagħaġ fejn din is-sena għall-ewwel darba ttelgħet ukoll wirja ta’ annimali indiġeni Maltin li ingħataw diversi premjijiet.
“Illum għandna l-ewwel edizzjoni tal-wirja dedikta speċjalment għall-bhejjem indiġeni Maltin. Għandna l-mogħoż u nagħaġ u servejna ta’ pjattaforma biex nesponu l-wirt Malti.”
Laqtuna dawn il-mudelli ta’ għadd ta’ annimali magħmula bl-idejn minn wieħed mill-esibituri.
“Skont il-muża tal-persuna. Dan huwa xogħol tal-ġips, maħdum bit-tafal l-ewwel. Iż-żebgħa ttih ċans jinxef u ttih il-kulur.”