F’inqas minn 24 siegħa wara li tħawlu aktar minn 100 siġra taż-Żnuber fit-Telgħa s-Saqqajja, xi persuna jew persuni mhux magħrufa, serqu waħda minn dawn is-siġar.
Dawn is-siġar tħawwlu l-Ħamis filgħodu sabiex ibiddlu lil dawk is-siġar li kienu mietu qabel u qatt ma ġew mibdula. Flok din is-siġra li nsterqet, se tkun qed titwaħħal siġra oħra taż-Żnuber.
Dan qalu l-Ministru tat-Transport u Infrastruttura Ian Borg fuq Facebook dan sabiex pajjiżna jkollu infrastruttura sostenibbli u ambjent aħjar.