Id-Direttorat tat-Tindif wieġeb b’mod immedjat għall-karba għal azzjoni dwar l-istat tal-ġnien tal-għarusa tal-Mosta, u t-Tnejn beda l-proċess ta’ tindif.
Il-Ġnien infetaħ għall-pubbliku fl-elf disgħa mija ħamsa u sebgħin, iżda ilu fi stat ta’ telqa u abbandun għal snin, tant li kważi ntesa kompletament anke mill-pubbliku.
Issa grazzi għal inizjattiva mid-Direttorat tat-Tindif immexxi minn Ramon Deguara l-ġnien se jerġa’ jieħu r-ruħ hekk kif l-intervent biex il-ġnien jitnaddaf beda nhar it-Tnejn, u mistenni jdum għaddej ġimgħa.
Għalkemm li wieħed jintervjeni f’xi ħaġa bħal din huwa importanti, id-dixxiplina tal-pubbliku li jħares il-post għandha tkun prijorità wkoll. Filfatt, Deguara saħaq ukoll li se jkun hemm żieda fir-riżorsi meħtieġa biex il-pubbliku iżomm il-post nadif.