Tifla li kienet insterqet bħala tarbija mill-isptar ta’ Florida nstabet ħajja 18-il sena wara, dan skond il-Pulizija f’South Carolina.
Kamiyah Mobley, li ttieħdet f’Lulju tal-1998, instabet wara li l-Pulizija rċivew għajnuna.
L-Awtoritajiet f’Walterboro, South Carolina, arrestaw lil Floria Williams, mara ta’ 51 sena, b’konnessjoni mal-ħtif.
Mobley kienet imniżżla taħt isem differenti, u ma kellha l-ebda ħjiel dwar is-sitwazzjoni hekk kif kienet temmen li Williams kienet ommha propja.